Divine Word Missionaries

Peace and Justice Issues


Contents

Water for Life

El Agua para la Vida

Aqua per la Vita

Wasser als Lebensgut

L'eau pour la Vie

Air bagi Kehidupan

▪ Ilma għall-Ħajja

Water voor het Leven

Woda dla Życia!

Água para Vida!

생명의물

生命之水

น้ำ เพื่อ ชีวิต

Voda pre Život

 

Download booklets


Back to

Peace & Justice

Members' Area

Site Map

Home


Ilma għall-Ħajja

Kif inħarsu lil
“Ħuna l-Ilma”

if ir-Reliġjużi
jfissru r-rispett
u l-inkwiet tagħhom
għar-rigal prezzjużta’l-ILMA

Maħruġmill-Grupp ta’Ħidma
Ekoloġka tal-Kummissjoni
Ġstizzja, Paċ u Ħarsien ta’
l-Ambjent tal-Patrijiet, Ruma
—Ġnju 2003

Nieħdu pjaċr bil-kummenti,
mistoqsijiet u ideat tagħkom. Jekk
tridu aktar tagħrif ikkuntattjawna fuq:
jpicclimatechange@yahoo.co.uk
www.ofm-jpic.org/aqua/

 

Mulej ħa tkun imfaħħar f’Ħuna l-Ilma, irżn u safi wisq, meħtieġqatigħ1

— San Franġisk
(Kantiku tal-ħlejjaq)

WERREJ

Dahla

Ara

Ftit fatti fuq l-ilma

Privatizzazzjoni ta’ l-ilma — X’inhu ghaddej!

Mistoqsijiet ghat-taqsima “Ara”

Qis

L-ilma fil-Bibbja

Hsieb teologiku

Mistoqsijiet ghat-taqsima “Qis”

Ahdem

Ghaliex ir-religjuzi ghandhom jahsbu u jimpenjaw ruhhom fuq punti ta’ l-ambjent

Inharsu u nzommu l-ilma fi stat tajjeb

Mistoqsijiet ghat-taqsima “Ahdem”

Biex tahsbu u titolbu

Websites

DAĦLA

L-ilma huwa ta’ ħtieġ biex kemm id-dinja u kemm dawk li jgħixu fiha jistgħu jżmmu l-ħajja tagħhom.

L-assemblea tal-Ġus Magħquda ħatret lis-sena 2003 bħala s-Sena Internazzjonali ta’l-Ilma Frisk biex tiġed il-ħarsa ta’l-għajnejn tad-dinja fuq il-kriż li faqqgħet fuq għajn ta’prezz kbir: l-ilma.

Xi tkun din il-kriż ta’l-ilma? Xi wħud jgħidu li għandha x’aqsam ma’liskarsezza u żeda filpopolazzjoni. Oħrajn jgħidu li għandha x’aqsam mat-tqassim ta’lilma, mal-ħela, jew mannuqqas ta’rispett għall-ilma f’inja mogħnija bilmaterjaliżu u bilkonsumiżu. Oħrajn jaf jgħidu li hi dwar ilprivatizzazjoni tas-servizzi ta’l-ilma jew dwar min huwa s-sid ta’liema ilmijiet —bħalissa 95% minn dawn is-servizzi huma kkontrollati mis-settur pubbliku.

Kull ċttadin, sa minn twelidu, għandu dritt għall-ilma l-istess kif għandu dritt għas-saħħa u għat-tagħlim. Dan is-servizz mhux suġġtt għal xi għaża imma huwa Dritt tal-Bniedem.

B’anakollu, minkejja laqgħat u diskussjonijiet twal li saru fl-għaqda internazzjonali: fi tliet “orld Water Forum”li saru fl-1966, 2000 u 2003, fil-Konferenza Internazzjonali ta’l-Ilma Frisk fl-2001 u internament fil-Ġus Magħquda, dan id-dritt tal-bniedem għadu ma ġex magħruf kif għandu jkun.

La fil-laqgħa tal-World Forum li saret fi Kyoto f’arzu tal-2003 u lanqas f’ik tal-G8 Summit f’vian (1– ta’Ġnju 2003) ma ntlaħaq ftehim; minkejja li sebgħa mill-mexxejja tat-tmien pajjiż l-kbar jirrappreżntaw nazzjonijiet insara. Fil-laqgħa ta’Kyoto l-Vatikan saħaq li jsir hekk u fisser il-fehma sħiħa tiegħu biex juri kemm jaqbel fuq dan id-Dritt tal-Bniedem.

In-nies ma jsibu qatt xi ħaġ oħra flok l-ilma, anki jekk jiġ mhedda bi ħlas għoli. Għalhekk ma tistax tħalli f’dejn is-saħħa tas-Suq biex tieħu f’dejha li tipproduċ l-ilma. It-tagħlim soċali tal-Knisja juri li ma tistax tqis l-ilma bħala kumdità fost kumditajiet oħrajn. Il-Knisja tisħaq li xi qsim tal-ġd komuni, bħall-ambjent naturali jew uman, ma tista’tħallih qatt f’dejn issaħħa tas-Suq. Dan għaliex billi dawn huma ħtiġjiet fundamentali talbniedem, ma jistgħu qatt isibu posthom fil-loġka tan-negozju tas-Suq (cf. Centesimus Annus 40).

Dan il-ktejjeb jimxi fuq il-metodu ta’“ra, Qis u Aħdem”. L-għan tiegħu huwa li jagħti tagħrif ċr fuq dak kollu li għandu x’aqsam ma’l-ilma. Dan huwa t-tieni ktejjeb f’ensiela ta’kotba fuq l-ambjent miġur minn nies li jxerrdu l-ħsibijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġstizzja u Paċ li qegħdin jaħdmu flimkien f’uma. L-għan ewlieni huwa li jħeġġġu jgħin din ix-xorta ta’ħajja fil-komunitajiet Reliġuż. L-ewwel ktejjeb kien fuq it-Tibdil tal-Klima u l-Global Warming. Is-Sinjali tażŻinijiet jappellawlna għal konverżoni għall-ambjent. Nittamaw li dan il-ktejjeb ikun pass ’l quddiem biex naslu għal dan.

Mistoqsija fuq fomm kulħadd hija: “ħna l-patrijiet għandna nidħlu f’awn il-ħafna ħidmiet fuq din il-kwistjoni ta’l-ilma u fuq ħwejjeġoħra ta’Ġstizzja Soċali u Ambjent?”

L-ilma huwa essenzjali mhux biss biex jikbru l-għelejjel tar-raba’u biex jikbru l-bhejjem imma anki għall-għixien tal-bniedem. B’anakollu l-ilma huwa nieqes ħafna ma’kullimkien. F’ħafna pajjiż tal-kampanja l-bjar jew xotti jew fihom ilma mniġġs. Hemm ukoll tellieqa ta’min jilħaq l-ewwel flirrigazzjoni, fl-industrija, u fil-ħtiġjiet ta’l-ibliet. Jieħdu l-ewwel dawk li huma b’saħħithom fil-flus. U jħallu lill-foqra warajhom bil-għatx. Jekk aħna nibqgħu b’dejna fuq żqqna u ma nagħmlu xejn tbati ħafna kull xorta ta’ħajja. Imma l-aktar dawk li huma l-iżed batuti fuq Ommna l-Art.

ARA

FTIT FATTI FUQ L-ILMA

Hemm poeżija jisimha “Rhyme of the Ancient Mariner”, miktuba minn Samuel Taylor Coleridge, poeta Ingliż. Fiha jgħid “lma, ilma kullimkien imma ma ssibx qatra x’ixrob”

Għaliex neħtieġ li nkunu aktar effiċenti fl-ilma? Illum l-ilma tax-xorb qed jiskarsa kullimkien. Rapport tal-Ġus Magħquda “ater Development Report”ibassar li sa nofs seklu ieħor hemm ċns li seba’biljun ruħ f’0 pajjiżikunu skarsi mill-ilma —ta’l-anqas żwġbiljun ruħ f’8 pajjiż

Aħsbu daqsxejn

  1. Tista’ tgħid li 98% mill-ilma tal-pjaneta Dinja huwa ilma mielaħ —mhux tajjeb tax-xorb. Anqas minn 1% ta’l-ilma li huwa tajjeb taxxorb jasal għandna, għax il-biċċ l-kbira tiegħu jibqa’magħqud silġ Jew biex niftehmu aħjar: Minn kull għaxar litri ilma jibqa’biss nofs imgħarfa għan-nies.

  2. Mad-dinja kollha n-nies qed tixrob għaxar darbiet aktar milli kienet tixrob fis-sena 1900. Inżmmu f’asna li l-popolazzjoni tad-dinja ser tiżied 45% aktar mill-lum sa 30 sena oħra. U n-nies tixrob b’0% aktar mill-lum.

  3. Huwa stmat li t-tibdil fil-klima ser ikun il-ħtija għal 20% tan-nuqqas ta’l-ilma fid-dinja.

  4. Dawn il-ħwejjeġli ġjjin iwasslu għal nuqqas t’lma: l-ippumpjar żjjed mill-ilma li jinġmgħ taħt l-art flimkien ma’nuqqas ta’xita —dawn igerfxu l-bilanċu l-kwalità, min jieħu ħafna u min jieħu ftit, u lkummerċta’l-ilma.

  5. Skond ir-rapport tal-Ġnus Magħquda miktub fl-1988, tlieta minn kull ħamsa ta’l-4.4 biljun ruħ tat-tielet dinja m’għandhomx ilma għall-ħasil u terz m’għandhomx ilma tajjeb tax-xorb.

  6. Fid-dokument “illenium Development Goals 2000”tal-Ġus Magħquda kien immirat li sa l-2015 jitnaqqas bin-nofs l-għadd ta’nies li ma jistax ikollhom ilma tax-xorb. L-istess kien immirat sas-sena 2015 fuq l-ilma għat-tindif.

  7. L-ilma kollu tad-dinja imqassam hekk: agrikoltura 70%, industrija 22% u ilma fid-djar 8%.

  8. Hemm ukoll użu ta’ l-ilma li ma jidhirx. Biex tkabbar kilo patata teħtieġ1000 litru, kilo ross 3400 litru, kilo tiġeġ4600 litru u kilo ċnga 42500 litru.

  9. Nofs ix-xmajjar il-kbar tad-dinja jew qed jonqsu sew jew imniġġa. Fl- 1988 madwar 25 miljun ruħ ħarbu minn pajjiżom minħabba li kellhom ilma mniġġs.

  10. Skond rapport tal-FAO, bl-ilma li jużw mitt turist f’5 ġrnata tkabbar biżżjjed ross biex titma’100 ruħ għal 15-il sena.

  11. Hemm mard bħat-typhoid, malarja, kolera eċċ li jiġ mill-ilma maħmuġ Dan il-mard iwassal għall-mewt madwar 5 miljun ruħ fissena. Dan ifisser li f’ull minuta tal-ġrnata, x’mkien fid-dinja 10 minn nies imutu. L-aktar tfal.

  12. Nagħmlu paragun ta’kemm persuna waħda taħli ilma kuljum: Gambja 4.5 litri, Mali 8 litri, Stati Uniti 500 litru, Ingilterra 200 litru. Bniedem jeħtieġ50 litru kuljum imma jista’jgħaddi bi 30.

  13. Ilma u Ikel: Fil-messaġġta’Jum il-Paċ 2002, il-Papa Ġanni Pawlu II qal li: “-ilma huwa essenzjali fil-produzzjoni ta’l-ikel.”F’apport internazzjonali ta’l-IFPRI (International Food Policy Research Institute) hemm li sas-sena 2025, in-nuqqas t’lma madwar id-dinja se jwassal għal telf ta’350 miljun tunnellata ta’ikel.

  14. Fid-dinja żiluppata, għal kull bniedem trid bejn wieħed u ieħor 15000 litru ilma fis-sena għat-toilets. Huwa meqjus li kull persuna tagħmel 35 kilos ta’ħmieġu 500 litru ta’urina fis-sena.

Ilma fil-fliexken

  1. Madwar 25% ta’ l-ilma fil-fliexken huwa ilma tal-vit. Skond eżamijiet ta’ l-ilma li saru fl-Amerka nafu li f’ċerti każi ma kienx dejjem kif wieħed jixtieq. Ġe li kien imniġġs. Ġeli kien fih il-bacteria.

  2. L-industrija ta’l-ilma fil-fliexken tbiegħ u tagħmel il-qliegħ minn fuq l-ambjent. L-ippumpjar ta’l-ilma jqaxqax l-għejjun, jeqred fejn jgħammru ħafna ħlejjaq u jgerfex il-ħajja ta’ħafna ħlejjaq. Barra minn dan, l-iskart tal-plastika huwa dak li l-aktar li qed jiżiedBħlissa jwasslu għal 25% ta’l-iskart li jintefa’kuljum fil-miżliet.

  3. Il-kumpanija tal-Perrier, proprjetà tan-Nestle, hija l-ikbar kumpanija ta’l-ilma fil-fliexken. Flimkien man-Nestle għandha 30% ta’l-ilma filfliexken tad-dinja. Warajha jiġ d-Danone bi 15% u warajhom il-Pepsi u l-Coca Cola.

PRIVATIZZAZJONI TA’ L-ILMA
L-ilma u l-multinazzjonali

Huwa mbassar li sas-sena 2025 madwar id-dinja tnejn minn kull tlieta minnies ma jkollhomx biżżejjed ilma tax-xorb. Ħafna korporazzjonijiet multinazzjonali jaraw din il-kriż ta’skarsezza bħala opportunità ta’qligħ kbir ta’flus. Flok iżżjt tas-seklu li għadda l-ilma jsir l-aktar ħaġ li tqum il-flus fis-seklu wieħed u għoxrin —minnu jissawwar il-ġd tannazzjonijiet. Ma ninsewx li jista’jkollna xi ħaġ oħra flok iżżjt imma ma jista’jkollna xejn flok l-ilma.

Ħafna nies ma jikkunsidrawx l-ilma bħala “umdità”—kumdità li tinxtara u tinbiegħ. L-ilma kien dejjem xi ħaġ ta’kulħadd. Għax l-ilma huwa meħtieġgħall-bniedem, bhejjem, xtieli u għall-ħajja tad-dinja stess. Għalhekk is-servizzi ta’l-ilma kienu dejjem responsabbiltà tal-Gvern.

Skond ftehim milħuq bejn il-WTO (World Trade Organisation) u l-GATS (General Agreement on Trade Services) il-kumpaniji multinazzjonali jistgħu jbiegħu u jixtru d-drittijiet għall-ilma f’iema pajjiż jixtiequ. Naħsbu ftit fuq dawn l-eżmpji:

  • L-Alaska Water Exports talbet biex iġrr blokki ta’silġmill-Alaska sas-Saudi Arabia.

  • In-Nestle Corporation, multinazzjonali Svizzera, sid ta’68 kumpanija ta’l-ilma fil-fliexken, tieħu l-ilma mill-Lake Michingan ta’l-Istati Uniti bi profitt ta’1.8 miljun dollaru kuljum. Ħamsa u sittin fil-mija tiegħu jinbiegħ f’ajjiż oħra.

  • Fl-1988 kumpanija Kanadiż kisbet il-permess biex iġġrr 700 miljun litru ilma kull sena mill-Lake Superior u tbiegħhom fl-Asja. Ftit snin wara dan il-permess kellu jieqaf minħabba rabja kbira kemm pubblika u kemm politika.

L-ewwel gwerra kbira għall-ilma saret fil-Bolivia meta l-Bank Dinji ċħd li jġdded dejn ta’25 miljun dollaru jekk is-servizz ta’l-ilma ma jiġx privatizzat. Il-Bank Dinji kemmil

darba ċħd li jislef il-flus lil dawk ilpajjiż li ma jaċċtawx li jipprivatizzaw is-servizzi ta’l-ilma. Fis-sena 2000, minn kampjun ta’erbgħin pajjiż tnax għaddew minn din l-esperjenza. U l-aktar li jgħaddu minn din l-esperjenza huma l-pajjiż ta’l- Afrika l-aktar fqar u l-aktar magħrufin għad-dejn. Ħames miljun ruħ fl-Afrika jmutu kull sena minħabba nuqqas ta’ilma.

Dan l-aħħar, id-Dutch Financial Daily ħarġt artiklu fejn qalet li l- Unjoni Ewropea tagħfas lillpajjiż żiluppati biex jitilqu f’dejn il-kumpaniji Ewropej isservizz ta’l-ilma tagħhom.

Korporazzjonijiet Ewropej li jmexxu l-ilma tax-xorb bħal Svez, Vivandi u Thames Water għandhom interess li jżrmaw il-ħażiet ta’l-ilma tax-xorb tal-pubbliku fil-pajjiż li qegħdin jiżiluppaw. Il-Gvernijet qegħdin jiffirmaw ftehim biex jitilqu minn idejhom il-kontroll tal-ħażiet ta’l-ilma f’ajjiżom biex inaqqsu mid-dejn tagħhom, minħabba l-wegħda ta’aktar kisbiet fis-Suq u biex jiksbu għajnuna barranija. Imbagħad in-nies tal-post ikollhom iħallsu bi prezz ogħla biex jixtru l-ilma.

Waqt li organizzazjonijiet dinjija bħall-WTO u l-IMF qed jieħdu aktar u aktar deċżonijiet ekonomiċ u politiċ tal-pajjiż kuljum, wieħed għandu jqis sewwa liema ġd u servizzi għandhom jiġ mħarsa.

Irridu naraw liema servizzi għandhom jiġ protetti, minħabba li mingħajrhom ir-raġl, il-mara u t-tfal ma jistgħux jgħixu bl-istima taddinjità tagħhom, min-negozju li jfittex dejjem li jżd u jkabbar il-qligħ.

Mistoqsijiet ghat-taqsima “Ara”

  1. Liema wieħed minn dawn il-fatti fuq sfida jew oħra ta’l-ilma l-iżed li jinkwetak u għaliex jinkwetak?

  2. Liema wieħed minn dawn il-fatti jolqot l-aktar fejn toqgħod u lil pajjiżk?

  3. Liema wieħed minn dawn il-fatti jkabbar il-tama tiegħek? Għaliex?

  4. X’nt tagħmel int jew il-komunità tiegħek biex ittaffi din il-problema ta’l-ilma?

  5. X’taħseb fuq il-kontroll tar-riżrsi ta’l-ilma minn intrapriż privati? Għid dak li tħoss fuq hekk.

QIS

L-ILMA FIL-BIBBJA

Matul l-ewwel sekli tal-ħajja tal-Palestina, il-poplu Lhudi qatt ma rnexxielu jirbaħ l-inħawi tal-baħar. Ma kienx poplu tal-baħar. Kemm ilmewġu kemm ilfond misterjużtalbaħar kien ibeżżgħom.

In-nies kienu aktar jgħixu fuq l-għoljiet u jistennew l-ilma jew mix-xita jew mill-għejjun. L-ilma jinżl max-xita missema, mill-għoli tassmewwiet. Flgħejjun l-ilma jiġ mill-qiegħ ta’l-art. Barra minn hekk, filqrib jew fil-bogħod żur li hemm l-ilma fil-baħar. Minn dawn il-ħsibijiet pinġw ix-xbieha tal-ħolqien. Fit-tieni jum Alla fired l-ilma li ġj mis-sema minn dak li ġj minn qiegħ l-art u kabbar ilwesgħat. Fit-tielet jum, hawn isfel, Alla fired l-art niexfa minn dik imxarrba u dehret l-art. Xi ġiel ta’poeżja nsibu f’alm 104 fejn juri kif Alla rnexxielu jipprovdi l-ilma tax-xorb. Fis-seklu 13 qabel Kristu, qabel ħatfu f’dejhom l-art, in-nies kienu nomadi jaqsmu d-deżrt u sabu l-ħajja tagħhom fl-għejjun ta’l-ilma. Ġsù huwa r- Ragħaj it-Tajjeb li jsuq in-nagħaġtiegħu lejn l-għejjun tal-ħajja ta’dejjem (Salm 23, Ġw 10).

Is-Saltna waqgħet fis-sena 587 q.K. It-Tempju, is-sagrifiċċi, is-saċrdoti u Ġrusalemm kienu s-sinjali tal-preżnza ta’Alla. Issa dawn ġw imġrrfin. Ħafna qalu “lla warrabna u nsiena.”Imma Ġremija weġbhom: “lla ma telaqniex. Alla ma nesiniex. Alla ma kisirx il-ftehim li għamel magħna.” “ fejn taf dan?”staqsewh. “ mela le. Alla baqa’jibgħat ix-xita f’aqtha, ix-xmajjar għadhom ifuru fl-ibħra, għadhom isaqqu l-art”(Ġr 31: 35–7; 33: 19–26).

L-ilma tajjeb biex isaffi, biex jaqta’l-għatx, biex isaqqi x-xtieli, biex ngħumu fih, biex ikessaħna, biex iħejji l-ikel u għal ħwejjeg oħra. Ma nistgħux ngħixu mingħajr ilma.

Is-Samaritana kienet timla l-ilma mill-għajn biex taqta’l-għatx. Meta tkellmet ma’Ġsù skopriet għajn oħra ġ fiha, tfawwar bil-ħajja ta’dejjem (Ġw 4: 14). Imbierek dak il-bniedem li jħobb il-liġ tal-Mulej u jtenni billejl u bin-nhar il-liġ ta’Alla. Il-bniedem huwa bħal siġa mħawwla ħdejn l-għajn ta’l-ilma, tagħti l-frott fi żienha bil-weraq tagħha qatt ma jidbielu, tirnexxi f’ull ma tagħmel (Salm 1).

Siltiet mill-Bibbja

Siltiet mill-Bibbja li jitkellmu fuq l-ilma jew turija tiegħu:

  • Ġw 7: 37–9, wegħda ta’l-ilma ħaj.

  • Ġw 4: 7–4, l-ilma tal-ħajja fit-taħdita mal-mara Samaritana.

  • Eżk 47: 1–2, id-dehra sabiħa ta’l-ilma li jfur mit-tempju u jsaqqi l-art.

  • Apok 7: 17, il-ħaruf li jersaq lejn l-għejjun t’lma ħaj.

  • Apok 22: 2, ix-xmara li tfur mill-Ġnna l-Ġida tagħti l-ħajja kullimkien.

  • Ġn 2: 10–3, ix-xmara tal-Ġnna ta’l-Art maqsuma fl-erba’xmajjar tad-dinja.

  • Salm 107: 25–0, Alla jikkalma l-ilma tal-baħar. (Mk 4: 35–1)

ĦSIEB TEOLOĠKU

L-ilma huwa realtà ewlenija li fit-turija u s-siwi tiegħu jilħaq kull naħa talħajja. Kemm it-twemmin qadim u kemm ix-xjenza tal-lum jaraw l-ilma bħala bidu ta’ħajja. Bih issir kull ċqliqa fil-ħajja ta’kull materjal: bniedem, xitla jew bhima.

Fejn hemm l-ilma hemm il-ħajja. Fejn m’emmx l-ilma hemm il-mewt u ttaħsir. L-ilma jiffriska u jġdded. L-ilma jagħti l-ħajja mill-ġid lil min huwa għajjien u mifni. Għajn ta’l-ilma taħji r-ruħ imtaqqla jew imnikkta. Ħasla tnaddaf il-ġsem maħmuġu mniġġs. Ma tiskantax li n-nies ifittxu x’mkien qrib il-baħar għall-vaganzi biex jieħdu l-ħajja mill-ġid u jiffriskaw ruħhom.

L-ilma jdur magħna mingħajr ma nistgħu nwaqqfuh. Ix-xita li tinżl fuq kulħadd —għani u fqir —tfakkarna li l-ħolqien huwa għotja lilna biex nieħdu ħsiebha. L-ilma mhux ta’xi ħadd imma għall-ġd ta’kulħadd. Kollox jinqaleb ta’taħt fuq kull darba li l-politika jew l-ekonomija jindaħlu biex isakkru għal xi ħadd jew xi wħud dan id-dritt universali. Ilproblema ewlenija ta’l-ilma mhux in-nuqqas tiegħu daqs kemm it-tqassim ħażn tiegħu u l-ħaża tiegħu. In-nuqqas jew il-ħtif tiegħu huma mdaħħlin f’ħafna deċżonijiet li jittieħdu f’ak jew f’an il-pajjiż Għalhekk nuqqas ta’qbil bejn il-politika tat-tmexxija u l-etika huma problema fid-dinja kollha.

Fit-tradizzjoni Ġdeo-Kristjana hemm simboliżu qawwi miġur fit-talba fuq l-ilma fir-ritwal tal-magħmudija. Mas-sebħ tal-ħolqien l-Ispirtu ta’Alla nefaħ fuq l-ilmijiet biex jagħmilhom il-bidu ta’kull ġd. L-ilma taddulluvju kien sinjal ta’l-ilma tal-magħmudija, juri xbieha tal-ħajja li ġjja, it-tmiem tad-dnub u l-bidu tal-ħolqien kollu. Alla għadda mill-ilmijiet tal- Baħar l-Aħmar biex ħeles lill-poplu mill-Eġttu. Bl-ilma tal-magħmudija Alla jeħles lill-poplu mid-dnub. Il-Mulej għadda lill-poplu magħżl tiegħu mix-xmara tal-Ġrdan u wasslu fl-art ta’Kanan biex jgħix fil-paċ. Biex ilpoplu ta’Alla jasal fl-Art Imwiegħda fejn tinsab il-paċ, irid jgħaddi millilma tal-magħmudija. Il-profeti ħabbru li fil-ġjjieni ssir tindifa li toħloq qalb ġida u ruħ ġida. Ġanni l-Battista ppriedka magħmudija għallmaħfra tad-dnubiet u xebbaħ iżżrnieq tal-fidwa li kellha issir mal-ħasil ta’l-ilma.

Biex iwettaq il-magħmudija tiegħu Kristu miet fuq is-salib. Waqt li l-ilma u d-demm faru minn ġnbu, fetaħ it-triq tas-salvazzjoni tagħna.

Il-magħmudija mhix xi tessera biex tinkiteb f’għaqda privileġġata. Hija qabel kollox impenn li tgħix biex taqdi lil ħutek u biex turi l-ġstizzja ta’Alla l-istess kif għamel Kristu. Hija s-sagrament li l-fidili juru l-impenn tagħhom li jgħixu f’omunità mimlija bl-Ispirtu li tfittex minn qabel ilmilja tal-ħajja li Alla għandu merfugħa għall-Ħolqien kollu.

Dokumenti tal-Knisja fuq l-Ekoloġija

  • Messaġġ tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Jum tal-Paċi 1990

  • Katekiżmu tal-Knisja Kattolika 299–301; 307; 339–341; 344

  • Enċiklika Popolarum Progressio 22, 23–24, 69

  • Enċiklika Centesimus Annus 37–38

  • Enċiklika Laborum Exercens 4

  • Enċiklika Mater et Magistra 196, 199

  • Enċiklika Octogesima Adveniens 21

  • Enċiklika Evangelium Vitae 42

  • Konstituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II Lumen Gentium 36

  • Konstituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II Gaudium et Spes 34

  • Sinodu tal-Isqfijiet: Ġustizzja fid-Dinja 1, 1–2

  • Eżortazzjoni Apostolika Vita Consecrata 90

  • Eżortazzjoni Apostolika Ecclesia in America 25

  • Eżortazzjoni Apostolika Ecclesia in Asia 41

  • Eżortazzjoni Apostolika Ecclesia in Oceania 31

  • Konferenza Episkopali tal-Bolivja (Cochabamba — 12 ta’ Frar 2003): “L-Ilma Għajn tal-Ħajja —Rigal għal kulħadd”

Mistoqsijiet ghat-taqsima “Qis”

  1. Uri x’inhu l-ħsieb tal-Knisja meta titkellem fuq l-ilma.

  2. Jaqbel mal-liġ tas-Suq?

  3. X’ienet l-aħħar stqarrija (f’ajjiżk jew internazzjonali) li tiftakar fuq l-ambjent u fuq l-ilma. Xi tqanqil ġbet fil-komunità tiegħek?

  4. Fl-aħħar Kapitlu li għamiltu saret xi stqarrija fuq l-Integrità talĦolqien?

AHDEM

GĦALIEX IR-RELIĠUŻ GĦANDHOM JAĦSBU U JINPENJAW RUĦHOM FUQ PUNTI TA’L-AMBJENT

Is-sħuħija ta’lambjent hija biċċ essenzjali mittwemmin tarreliġonijiet kollha u madwarha jistgħu jinbnew djalogu, sehem f’ull ħidma u ftehim bejn kulħadd. Nies ta’kull twemmin qegħdin jingħaqdu biex juru t-tħassib tagħhom għallħajja talbniedem u ta’l-art fejn ngħixu. In-nies ta’kull twemmin qegħdin jaħdmu flimkien fil-lokal u f’laqgħat internazzjonali biex iħarsu dan ir-rigal prezzjużta’l-ilma u biex jiddefendu d-dritt li jkollhom l-ilma. Fil-kriż tal-lum jinħtieġli ningħaqdu ma’dawk li huma nieqsa mill-ilma jew imhedda li jeħdulhom l-ilma. Ninagħqdu wkoll ma’dawk li qegħdin jissieltu għall-ġstizzja fost il-bnedmin u biex din l-għajn prezzjuż ma tinxifx.

L-isfida tal-lum

  • Il-qies profetiku tal-ħajja reliġuż jintwera fil-mod kif ngħixu, ta’sempliċtà u ta’rispett lejn il-ħolqien kollu.

  • Ħafna reliġuż huma impenjati f’awn il-problemi ta’l-ilma għax jaħdmu f’ostijiet fejn hemm nuqqas ta’ilma tax-xorb.

  • Ir-reliġuż jridu jaqraw is-Sinjali tażŻinijniet.

  • Irridu l-ħin kollu ngħarblu lilna nfusna u dak li hemm madwarna.

  • Aħna għandna l-għodda u x-xirka biex inwasslu ma’kulħadd u ma’kullimkien il-messaġġta’din it-theddida għall-ħajja.

  • Aħna mżjnin bl-ispiritwalità u l-kariża li tfejjaq u tressaq għallħbiberija u l-ftehim.

  • Aħna poplu li għandna qies ta’x’nhu l-ġd ta’kulħadd u qies ta’solidarjetà ma’min huwa batut u jinħtieġl-għajnuna.

X’er tkun it-tweġba tagħna? Skond fejn ngħixu. Dawk li jgħixu f’naħat u soċetajiet li jħaddnu valuri ta’konsumeriżu u materjaliżu m’għandhomx l-istess tweġba bħal dawk li jgħixu f’oċetà jew pajjiż fejn ħwejjeġneċssarji biex tgħix ta’bniedem bid-dinjità ma jeżstux.

INĦARSU U NŻMMU L-ILMA FI STAT TAJJEB
Ftit ħwejjeġli nistgħu nagħmlu

Aħseb

  • Kull darba li tara jew tuża l-ilma ftakar li dan huwa rigal ta’ Alla. Tgħallem kabbar ħarsa miblugħa u ta’qima lejn dan il-likwidu. Dan mhux xi ħaġ komuni. Dan mhux kumdità. Imma dan huwa biċċ millfamilja tagħna. Dan ħuna. Bil-ħarsa ċssa tagħna lejh u bil-ħsieb bla jaqta’tagħna, minn dan il-ħolqien naslu għall-Ħallieq: Kull tifħir lilek Mulej bis-saħħa ta’Ħuna l-Ilma.

  • L-ilma huwa ħajja —ħajja tal-foqra —ħajja tad-dinja.

Tgħallem

  • Kun avukat u difensur ta’ l-ilma għal kulħadd bħala Dritt tal-Bniedem. Kabbar kuxjenza u għarbel tajjeb. Oqgħod attent minn pariri biex titneħħa r-responsabbiltà minn fuq il-Gvern lokali jew nazzjonali u tingħata lil kumpaniji privati, speċalment dawk multinazzjonali.

  • Involvi lill-Gvern fl-ippjanar jew tfassil ta’strateġji biex tiddefendi lilma u żżmmu fi stat tajjeb.

  • Tgħallem minn dawk il-pajjiż li rnexxielhom jegħlbu dawn il-problemi ta’l-ilma.

  • Fittex min huma s-sidien tal-kumpaniji li jbigħu l-ilma f’ajjiżk.

Żomm tajjeb

  • Aħseb kif l-aħjar tista’żżmm tajjeb l-ilma f’arek. eż tħallix vit iqattar, tiħux doċċ fit-tul u sib mod kif teħles mill-ħmieġtad-dar u tat-toilets mingħajr ilma.

  • Uż sengħa tal-ħsad kif kienu jagħmlu missirijietna. Ħares l-ilqugħ u xxmajjar billi tkabbar is-siġr ma’kullimkien.

  • Qis li n-nies ikunu jafu aktar fuq il-wesgħat fejn il-ħaxix jitla’waħdu, irziezet, l-art bl-imsaġr, l-art niedja u umda; tkun qed tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’l-ilma fil-ġjjieni.

Iddefendi

  • Iddefendi d-drittijiet tal-pajjiżi għall-ħaża ta’l-ilma.

  • Kun af sewwa u għid il-fehma tiegħek fuq il-liberalizzazjoni u lkummerċtas-servizzi ta’l-ilma u tas-sanità.

  • Ħejji biex tersaq int jew tgħin lil min jersaq fil-qorti, kemm tal-lokal u kemm dak nazzjonali jew internazzjonali.

  • Fittex kif l-ilma jitmexxa fil-pajjiżtiegħek u fin-nazzjon tiegħek.

  • Fittex bir-reqqa kollha xi ftehim għandu n-nazzjon tiegħek mal-GATS.

  • Ħu parir u tagħrif mingħand għaqdiet mhux tal-Gvern imma li huma esperti fuq il-problema ta’l-ilma.

  • Aħdem ma’dawk l-għaqdiet mhux tal-Gvern biex tiddefendi magħhom id-drittijiet ta’l-ilma u s-saħħa.

  • Fil-pajjiż żiluppati, ipponta lejn il-Ministri ta’l-Industrija u lejn il-Kummissjoni Ewropea għall-kummerċbiex jiddefendu bla tlaqliq fejn jidħlu n-negozjati tal-GATS fuq problemi ta’l-ilma.

Ikkonverti

  • Qis li ssir konsumatur mgħallem sewwa.

  • Ixtri prodotti riċklati u li jaqblu mar-regoli ta’l-ambjent.

  • Inbidel. Agħżl xi attività ġida għalik u għall-komunità tiegħek. Impenja ruħek bis-serjetà kollha biex twettaqha u wara ara sa fejn wasalna. Ara x’tistgħu tagħmlu għal li ġj.

  • Agħti l-appoġġsħiħ tiegħek lil kull kampanja, kemm nazzjonali u kemm internazzjonali, li qed taħdem biex isiru liġjiet ġdda li jħarsu l-ilma, lindafa u s-saħħa.

  • Ibdel id-drawwiet tiegħek ta’kuljum biex tista’tnaqqas it-tniġġs ta’lilma.

  • Suq il-karozza anqas. Oħroġbir-rota. Fejn għandek tasal mur bil-mixi. Hekk tnaqqas ħafna tossiċ li jsawru xita ta’aċdu.

  • Aħjar tieħu doċċ milli tieħu banju. Jekk teħles f’ħames minuti tkun qed tiffranka ma’l-4000 litru ilma fix-xahar.

  • Tħallix il-vit miftuħ int u taħsel snienek —tista’tiffranka 20 litru ilma kull minuta.

  • Tkellem ma’ħaddieħor biex meta już l-ilma jnaqqas kemm jista’

  • Aħdem kemm tiflaħ waħdek u ma’ħaddieħor.

Mistoqsijiet ghat-taqsima “Ahdem”

  1. Uri x’attivitajiet qegħdin isiru qrib tiegħek u fil-lokal biex jiddefendu l-ilma u l-ħaża tiegħu. Min hemm impenjat fihom u għaliex?

  2. Int u l-komunità tiegħek, kif tistgħu tagħtu s-sehem tagħkom fuq din ilkwistjoni ta’l-ilma?

  3. Hemm xi patrijiet sħabkom jaħdmu f’i pajjiż fejn l-ilma huwa privatizzat? Kun af minn għandhom x’nhu jiġi. Staqsihom jekk humiex jieħdu sehem f’i attività internazzjonali.

BIEX TAĦSBU U TITOLBU

Nistidnukom biex tinġabru fil-komunità jew mal-ħbieb biex taħsbu u titolbu. Tistgħu timxu fuq it-talb t’awnhekk. Sibu x’mkien fejn titolbu u fin-nofs qiegħdu tazza ilma.

Talba

O Alla Ħallieq,
li l-Ispirtu tiegħek mexa fuq wiċċl-ilmijiet,
li tiġor l-ibħra f’osthom,
li tmexxi t-triqat tax-xmajjar,
li tibgħat ix-xita fuq l-art biex tagħti l-ħajja,
infaħħruk għall-ilma —rigal li tagħtina kuljum.
Oħloq fina r-rispett u l-ferħ għal dan ir-rigal tiegħek u
għar-rigali l-oħra kollha tiegħek,
biex niżżk ħajr minn qalbna għalihom,
biex nibżħ għalihom,
nieħdu ħsiebhom b’imħabba kbira
u naqsmuhom mal-bqija tal-ħolqien kollu
għall-ġeħu l-glorja ta’l-Isem Qaddis tiegħek.

Bibbja

Aqraw Salm 65

Ftit ġabra u skiet

Stqarrija ta’ twemmin

  • Nemmen li l-ilma huwa ta’ l-art.

  • Nemmen li kulħadd għandu jibż’għalih dejjem u kullimkien.

  • Nemmen li l-ilma mniġġs għandu jitwarrab.

  • Nemmen li l-ilma għandu jkun imħares aħjar u miġur b’od naturali.

  • Nemmen li l-ilma huwa tal-pubbliku kollu u għandu jkun imħares tajjeb mill-Gvernijiet kollha.

  • Nemmen li kulħadd għandu jkun ipprovdut kif jixraq b’lma nadif bħala Dritt Fundamentali tal-Bniedem.

Aqsam dan it-twemmin ma’ ħaddieħor

Jekk f’dak li qrajt tgħallimt xi ħaġ li ma kontx tafha tkellem dwarha ma’ħaddieħor. Qrajt xi ħaġ li skantatek? Dejqitek?

Tberik ta’ l-ilma

Ersaq lejn il-post fejn qegħdtu t-tazza ta’l-ilma. Baxxi rasek quddiemha. Daħħal idek fiha u għamel forma ta’salib. Imbagħad bierek lil kulħadd blilma.

Innu

Kantaw xi innu li tixtiequ biex tispiċċaw it-talb.


WEBSITES

F’Diversi Ilsna

  1. Rapport tal-Gnus Maghquda fuq l-ilma fid-dinja: Water for People, Water for Life. Dan ir-rapport jista’ jigi ordnat online. Tistghu ssibuh filqosor (36 pagna) b’seba’ lingwi fuq: http://www.unesco.org/, water/wwap/wwdr/ex_summary/

  2. Website ufficjali tas-Sena Internazzjonali ta’ l-Ilma Helu. Jinstab blIngliz, Spanjol jew Franciz. Ghal taghrif dwar x’inhu ghaddej f’pajjizek fittex fil-parti “The Year around the world” fuq: http://www.wateryear2003.org/

  3. Dokument ta’ 26 pagna ppublikat mill-Friends of the Earth: Water Justice for All: Global and local resistance to the control and commodification of water. Jinstab bl-Ingliz, Franciz, Spanjol u Gappuniz fuq: http://www.foei.org/

  4. Dokument ta’ l-Africa-Europe Faith and Justice Network: Water, a Right for all. Jinstab bl-Ingliz u bl-Ispanjol fuq: http://www.aefjn.org/english/issues/equitable%20trade.htm

  5. Rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ghall-Ilqugh: Dams and Development. Nizzel ir-rapport shih bl-Ingliz jew bl-Ispanjol minn: http://www.damsreport.org/report/ . Tista’ ssib il-punti ewlenin tarrapport bl-Ingliz, Germaniz, Spanjol, Franciz, Portugiz, Hindi, Pollak, Russu, Ciniz u Gappuniz fuq: http://www.damsreport.org/report/overviews.htm

  6. Dokument ta’ l-International Gender and Trade Network (IGTN): Gender, Water and Trade. Jinstab bl-Ingliz u bl-Ispanjol fuq: http://www.igtn.org/EconoLit/Literacy.html

  7. Rapport tal-Global Environmental Outlook: GEO 3. Issib fil-qosor lizviluppi ewlenin li saru fit-tletin sena li ghaddew u kif fatturi socjali, ekonomici u ohrajn taw sehemhom ghall-bidliet li sehhu. Jinstab bl-Ingliz, Spanjol, Franciz u Russu fuq: http://www.rolac.unep.mx/geo/geo3/ Tista’ tmur mill-ewwel fuq il-parti dwar l-ilma helu: http://www.rolac.unep.mx/geo/geo3/english/265.htm

  8. Xi artikli tal-Koalizzjoni Svizzera fuq l-ilma bl-Ingliz, Taljan, Franciz u Germaniz fuq: http://www.swisscoalition.ch/english/pagesnav/H.htm

  9. Fondazzjoni ghall-Harsien ta’ l-Ilma tad-Dinja. Website bl-Ingliz, Gharbi, Ciniz, Franciz, Russu jew Spanjol fuq: http://www.wwrf.org/

Bl-Ingliz

  1. Grupp li jwettaq hidma internazzjonali ghall-ilma: http://www.citizen.org/cmep/water/

  2. Ibza’ ghall-ilma: http://www.savewater.com.au/ . Rakkomandata minn Planet Ark.

  3. Hrug ta’ greenhouse gases mill-ilqugh: Ghal rapport bl-Ingliz t’24 pagna mur fuq: http://www. irn.org/programs/greenhouse/index.asp?id=pt1.html

  4. Il-Barunijiet ta’ l-Ilma. Diversi artikli fuq il-multinazzjonali u l-isforzi taghhom biex jikkontrollaw l-ilma fuq: http://www.icij.org/water/ . Lanalisti jbassru li sa 15-il sena ohra dawn il-kumpaniji se jiehdu f’idejhom bejn 65 u 75 fil-mija tas-servizzi ta’ l-ilma pubblici flEwropa u fl-Amerika ta’ fuq.

  5. Mitt mod kif tibza’ ghall-ilma: http://www.wateruseitwisely.com/100ways/

  6. Tfassil ta’ vizjoni fit-tul ghall-komunità: http://www.wri.org/action/action_vision.html

  7. Istitut Polaris: http://www.polarisinstitute.org/ . Ghaqda biex tilqa’ ghall-effetti tal-globalizzazzjoni.

  8. Harsa lejn il-qaghda ta’ l-ilma fid-dinja fuq: http://www.ifpri.org/media/water2025.htm. Din il-website tghaqqad il-bzonn ta’ l-ilma malproduzzjoni ta’ l-ikel u fiha diversi dokumenti xi tnizzel b’xejn jew x’tordna.

  9. Centru li jipprovdi informazzjoni fuq id-dritt ghall-ilma: http://www.waterobservatory.org/

Bil-Germaniz, Portugiz, Spanjol, Franciz u Taljan

  1. Taghrif fuq il-qaghda ta’ l-ilma fl-Afrika: http://www.netzwerk-afrika-deutschland.de/ . Bil-Germaniz.

  2. Servizz t’informazzjoni Tierramerica: http://www.tierramerica.net/agua_2002/index.shtml. Bil-Portugiz u bl-Ingliz.

  3. Forum Dinji Iehor fuq l-Ilma — Firenze: http://www.cipsi.it/ contrattoacqua/forum-acqua/it/index.htm

  4. Forum Socjali tal-Brazil: http://www.estadao.com.br/ext/ciencia/agua/ . Bil-Portugiz.

  5. Edukazzjoni fuq l-ilma: http://www.wasser2003bildung.ch/ . Bil-Germaniz, Franciz u Taljan.

  6. Ekologisti fl-azzjoni: http://www.ecologistasenaccion.org/accion/agua/home.htm. Bl-Ispanjol.

  7. Taghrif fuq l-ekologika u n-natura: http://www.ecoportal.net/temas/agua.htm. Bl-Ispanjol.

  8. Pariri teknici biex tibza’ ghall-ilma u ghall-energija: http://www.ahorraragua.com/ . Bl-Ispanjol.

  9. Ministeru Franciz ghall-Ambjent: http://www.environnement.gouv.fr/dossiers/eau/default.htm. Bil-Franciz u xi kultant bl-Ingliz ukoll.

  10. Dokument Evian: http://www.g8.fr/evian/english/navigation/2003_g8_summit/ summit_documents/water_-_a_g8_action_plan.html. Bl-Ingliz u bil-Franciz.

  11. Forum Socjali Dinji — Ilma: http://agenciacartamaior.uol.com.br/agencia.asp?coluna=forum agua. Bil-Portugiz.

DAWN LI GEJJIN TAW SEHEMHOM BIEX
SAR DAN IL-FULJETT

Cathy Arata SSND., Caroline Price RGS., Willy Ollivier CICM., Antonio Silvio Da Costa Junior O.Carm., Enrique Marroquín CMF., Jefferies Foale CP., Dominick Pujia, FMS., Tiziana Longhitano SFP., Françoise Weber FCJM., Karen Gosser SHCJ., Michael Heinz SVD., Gearóid Francisco Ó Conaire OFM., Marjorie Keenan RSHM., Vanya Walker-Leigh, novizz TSSF. (Anglican Communion), Mons. Liam Bergin, Carlos Mesters O.Carm., Josefina Arrieta FMM., Jacqueline Millet FMM., Joe Rozansky OFM., Dina Trevissan FMM., Dionysius Mintoff OFM., Rita Toutant MSOLA., Paul Gabriel Pak C.P., Boze Vuleta OFM., Larry Finn CP., M. Amata, M,. Andrzeja Godziek SSND., Job Toda OFM, Filo Hirota MMB., Hugo Poepping SVD., Frans Derix CP. u Michael Moran CP. (xoghol ta’ l-arti). Migjub fil-Malti minn Patri Dijonisju Mintoff OFM.

Stampat minn David Spiteri
Publikazzjoni tal-Laboratorju tal-Paci


1 Kummentarju “Huna l-Ilma — Perspettiva Frangiskana”, minn Fra Celso Márcio Teixeira ofm. cf.: http://www.ofm-jpic.org/ecology/.



Jiena l-Alpha u l-Omega,
il-Bidu u t-Tmiem.
Nagħti l-ilma mill-għajn tal-ħajja
u nagħtih b’ejn lil kulħadd.